top of page
10827_edited_edited.jpg

Malti

EASY CLICK MD FOOT ABDUCTION BAR

Mudell EZCLKMD Żgħir u Regolari

Indikazzjonijiet għall-Użu:  

Wara li s-sieq tat-tifel jew tat-tifla tiġi kkoreġuta, il-brace tal-Easy Click foot abduction tipprevjeni rkaduta billi żżomm is-sieq fil-pożizzjoni korretta.

AVVIŻ: Qatt tapplika din il-brace fuq sieq mhux ikkoreġuta. Il-brace ma tikkoreġix il-clubfoot (sieq mgħawġa ’l ġewwa u ’l isfel), iżda żżomm biss il-korrezzjoni miksuba mit-trattament tal-Metodu Ponseti (metodu li juża sensiela ta’ serje ta’ ġibs biex gradwalment is-sieq mgħawġa tiġi kkoreġuta).  

Struzzjonijiet għall-Użu:

L-Easy Click Bar għandha tintlibes għal 23 siegħa kuljum fl-ewwel 3 xhur, u mbagħad matul il-lejl jew waqt l-irqad għal sentejn sa erba’ snin. Il-bracing huwa importanti ħafna biex tinżamm il-korrezzjoni tal-clubfoot. Jekk il-brace ma tintlibisx kif preskritt, hemm kważi rata ta’ rikorrenza ta’ 100 fil-mija.

Twissijiet u prekawzjonijiet:

Qatt tuża Loctite jew thread lock ibbażat fuq superglue ieħor fuq il-viti fid-Dobbs Bar. Is-superglue/Loctite se jirreaġixxi mal-plastik tal-polikarbonat u jwassal biex il-plastik jiddgħajjef u jinkiser.

Kif tissettja l-Easy Click Bar

Kif tissettja l-wisa’ tal-virga:

L-Easy Click Bar għandha tiġi ssettjata b’tali mod li l-wisa’ tal-virga tkun ugwali għall-wisa’ tal-ispalel tat-tifel jew tat-tifla. Kejjel il-wisa’ tal-ispalel tat-tifel jew tat-tifla min-naħa ta’ barra tal-ispalla tax-xellug san-naħa ta’ barra tal-ispalla tal-lemin. Aġġusta t-tul tal-Easy Click Bar sabiex it-tul tal-virga jkun ugwali għall-kejl tal-ispalel tiegħek minn nofs l-għaksa tal-pjanċa tas-sieq tax-xellug sa nofs l-għaksa tal-pjanċa tas-sieq tal-lemin. Il-virga aħjar tkun ftit usa’ mill-wisa’ tal-ispalel milli idjaq. Se jkun skomdu għat-tifel jew tifla jekk it-tul tal-virga jkun dejjaq wisq. Bl-użu taċ-ċavetta eżagonali pprovduta fil-pakkett, ħoll il-viti bir-ras eżagonali fuq il-klamp ċentrali u żerżaq il-wisa’ tal-vireg biex tiftaħhom sakemm jaqblu mal-wisa’ tal-ispalel tat-tifel jew tat-tifla. Ġaladarba l-wisa’ jkun kif suppost, erġa’ ssikka l-vit(i) bir-ras eżagonali biex tillokkja l-vireg sew f’posthom.

Kif tissettja r-rotazzjoni esterna:

Is-sieq affettwata jew mgħawġa għandha tiġi ssettjata għal 60 grad ta’ rotazzjoni esterna, waqt li n-naħa mhux affettwata għandha tiġi ssettjata għal 30 grad ta’ rotazzjoni esterna. Għal clubfoot bilaterali, iż-żewġ saqajn għandhom jiġu ssettjati għal 60 grad. L-angolu tar-rotazzjoni esterna għandu jaqbel mal-grad tar-rotazzjoni esterna miksuba bl-aħħar ġibs. Pereżempju, jekk it-tabib seta’ jikkoreġi s-sieq affettwata sa 50 grad biss, mela l-brace għandha tiġi ssettjata wkoll għal 50 grad. Ħoll il-viti bir-ras eżagonali fuq it-truf tal-virga u dawwar il-quick clips ’il barra sakemm il-pointer fuq il-bażi s-sewda jkun allinjat mas-seting tal-grad korrett fuq il-qiegħ tal-quick clips. Erġa’ ssikka l-viti eżagonali biex tillokkja l-angolu mixtieq ta’ rotazzjoni esterna.

Kif twaħħal l-AFO’s

Meta l-angolu tar-rotazzjoni esterna jkun issettjat, żerżaq il-biċċa s-sewda bit-tikketta “PUSH” (imbotta) fil-kanal imħaffer fil-qiegħ tal-AFO. Il-biċċa bit-tikketta “PUSH” se titla’ ’l fuq u tillokkja l-AFO f’postu. Biex tneħħi l-AFO, agħfas sew fuq il-parti bit-tikketta “PUSH” waqt li tiġbed lura fuq il-virga sakemm tiżżerżaq barra mill-kanal. L-ewwel, dejjem għandek tlibbes iż-żarbun lit-tifel jew lit-tifla u mbagħad iżżerżqu għal fuq l-Easy Click Bar.

MITCHELL SPIRNG ASSIST DOBBS BAR

Mudell SDCBMD Żgħir u Regolari

Indikazzjonijiet għall-Użu:  

Wara li s-sieq tat-tifel jew tat-tifla tiġi kkoreġuta, il-brace tar-rotazzjoni esterna tad-Dobbs Bar tipprevjeni rkaduta billi żżomm is-sieq fil-pożizzjoni korretta.

AVVIŻ: Qatt tapplika din il-brace fuq sieq mhux ikkoreġuta. Il-brace ma tikkoreġix il-clubfoot (sieq mgħawġa ’l ġewwa u ’l isfel), iżda żżomm biss il-korrezzjoni miksuba mit-trattament tal-Metodu Ponseti (metodu li juża sensiela ta’ serje ta’ ġibs biex gradwalment is-sieq mgħawġa tiġi kkoreġuta).  

Struzzjonijiet għall-Użu:

Id-Dobbs Bar għandha tintlibes 23 siegħa kuljum għall-ewwel 3 xhur u mbagħad matul il-lejl jew waqt l-irqad għal sentejn sa 4 snin. Il-bracing huwa kritiku biex tinżamm il-korrezzjoni ta’ saqajn mgħawġa. Jekk il-brace ma tintlibisx kif preskritt, hemm kważi rata ta’ rikorrenza ta’ 100 fil-mija.

Twissijiet u prekawzjonijiet:

Qatt tuża Loctite jew thread lock ibbażat fuq superglue ieħor fuq il-viti fid-Dobbs Bar. Is-superglue/Loctite se jirreaġġixxi mal-plastik tal-polikarbonat u jwassal biex il-plastik jiddgħajjef u jinkiser.

Kif Tissettja d-Dobbs Bar

Kif tissettja l-wisa’ tal-virga:

Id-Dobbs Bar għandha tiġi ssettjata b’tali mod li l-wisa’ tal-virga tkun ugwali għall-wisa’ tal-ispalel tat-tifel jew tat-tifla. Kejjel il-wisa’ tal-ispalel tat-tifel jew tifla min-naħa ta’ barra tal-ispalla tax-xellug san-naħa ta’ barra tal-ispalla tal-lemin. Aġġusta t-tul tad-Dobbs Bar sabiex it-tul tal-virga jkun ugwali għall-kejl tal-wisa’ tal-ispalel tiegħek minn nofs l-għaksa tal-pjanċa tas-sieq tax-xellug sa nofs l-għaksa tal-pjanċa tas-sieq tal-lemin. Il-virga aħjar tkun ftit usa’ mill-wisa’ tal-ispalel milli idjaq. Se jkun skomdu għat-tifel jew għat-tifla jekk it-tul tal-virga jkun dejjaq wisq.

Bl-użu taċ-ċavetta eżagonali pprovduta fil-pakkett, ħoll il-viti bir-ras eżagonali fuq il-klamp ċentrali u żerżaq il-wisa’ tal-vireg biex tiftaħhom sakemm jaqblu mal-wisa’ tal-ispalel tat-tifel jew tifla. Ġaladarba l-wisa’ jkun kif suppost, erġa’ ssikka l-vit(i) bir-ras eżagonali biex tillokkja l-vireg sew f’posthom.

Kif tissettja r-rotazzjoni esterna:

Is-sieq affettwata jew mgħawġa għandha tiġi ssettjata għal 60 grad ta’ rotazzjoni esterna, waqt li n-naħa mhux affettwata għandha tiġi ssettjata għal 30 grad ta’ rotazzjoni esterna. Għal clubfoot bilaterali, iż-żewġ saqajn għandhom jiġu ssettjati għal 60 grad. L-angolu tar-rotazzjoni esterna għandu jaqbel mal-grad tar-rotazzjoni esterna miksuba bl-aħħar ġibs. Pereżempju, jekk it-tabib seta’ jikkoreġi s-sieq affettwata sa 50 grad biss, mela l-brace għandha tiġi ssettjata wkoll għal 50 grad. Ħoll il-vit bir-ras eżagonali fiċ-ċentru tad-driegħ iswed li jdur iswed u dawwar il-quick clips ’il barra sakemm il-pointer fuq id-driegħ iswed li jdur ikun allinjat mas-seting tal-grad korrett fuq il-qiegħ tal-quick clips. Erġa’ ssikka l-vit eżagonali biex tillokkja l-angolu mixtieq ta’ rotazzjoni esterna.

Kif twaħħal l-AFO’s:

Meta l-angolu tar-rotazzjoni esterna jkun issettjat, żerżaq il-biċċa s-sewda bit-tikketta “PUSH” (imbotta) fil-kanal imħaffer fil-qiegħ tal-AFO. Il-biċċa bit-tikketta “PUSH” se titla’ ’l fuq u tillokkja l-AFO f’postu. Biex tneħħi l-AFO, agħfas sew fuq il-parti bit-tikketta “PUSH” waqt li tiġbed lura fuq il-virga sakemm tiżżerżaq barra mill-kanal.

QUICK RELEASE SPIRNG ASSIST DOBBS BAR

Mudell QDCB Żgħir u Regolari

Indikazzjonijiet għall-Użu:  

Wara li s-sieq tat-tifel jew tat-tifla tiġi kkoreġuta, il-brace tad-Dobbs Bar foot abduction tipprevjeni rkaduta billi żżomm is-sieq fil-pożizzjoni korretta.

AVVIŻ: Qatt tapplika din il-brace fuq sieq mhux ikkoreġuta. Il-brace ma tikkoreġix il-clubfoot (sieq mgħawġa ’l ġewwa u ’l isfel), iżda żżomm biss il-korrezzjoni miksuba mit-trattament tal-Metodu Ponseti (metodu li juża sensiela ta’ serje ta’ ġibs biex gradwalment is-sieq mgħawġa tiġi kkoreġuta).  

Struzzjonijiet għall-Użu:

Id-Dobbs Bar għandha tintlibes għal 23 siegħa kuljum fl-ewwel 3 xhur, u mbagħad matul il-lejl jew waqt l-irqad għal sentejn sa erba’ snin. Il-bracing huwa kritiku biex tinżamm il-korrezzjoni ta’ saqajn mgħawġa. Jekk il-brace ma tintlibisx kif preskritt, hemm kważi rata ta’ rikorrenza ta’ 100 fil-mija.

Twissijiet u prekawzjonijiet:

Qatt tuża Loctite jew thread lock ibbażat fuq superglue ieħor fuq il-viti fid-Dobbs Bar. Is-superglue/Loctite se jirreaġixxi mal-plastik tal-polikarbonat u jwassal biex il-plastik jiddgħajjef u jinkiser.

Kif Tissettja d-Dobbs Bar

Kif tissettja l-wisa’ tal-virga:

Id-Dobbs Bar għandha tiġi ssettjata b’tali mod li l-wisa’ tal-virga tkun ugwali għall-wisa’ tal-ispalel tat-tifel jew tat-tifla. Kejjel il-wisa’ tal-ispalel tat-tifel jew tat-tifla min-naħa ta’ barra tal-ispalla tax-xellug san-naħa ta’ barra tal-ispalla tal-lemin. Aġġusta t-tul tad-Dobbs Bar sabiex it-tul tal-virga jkun ugwali għall-kejl tal-wisa’ tal-ispalel tiegħek minn nofs l-għaksa tal-pjanċa tas-sieq tax-xellug sa nofs l-għaksa tal-pjanċa tas-sieq tal-lemin. Il-virga aħjar tkun ftit usa’ mill-wisa’ tal-ispalel milli idjaq. Se jkun skomdu għat-tifel jew għat-tifla jekk it-tul tal-virga jkun dejjaq wisq. Bl-użu taċ-ċavetta eżagonali pprovduta fil-pakkett, ħoll il-viti bir-ras eżagonali fuq il-klamp ċentrali u żerżaq il-wisa’ tal-vireg biex tiftaħhom sakemm jaqblu mal-wisa’ tal-ispalel tat-tifel jew tat-tifla. Ġaladarba l-wisa’ jkun kif suppost, erġa’ ssikka l-vit(i) bir-ras eżagonali biex tillokkja l-vireg sew f’posthom.

Kif tissettja r-rotazzjoni esterna:

Is-sieq affettwata jew mgħawġa għandha tiġi ssettjata għal 60 grad ta’ rotazzjoni esterna, waqt li n-naħa mhux affettwata għandha tiġi ssettjata għal 30 grad ta’ rotazzjoni esterna. Għal clubfoot bilaterali, iż-żewġ saqajn għandhom jiġu ssettjati għal 60 grad. L-angolu tar-rotazzjoni esterna għandu jaqbel mal-grad tar-rotazzjoni esterna miksuba bl-aħħar ġibs. Pereżempju, jekk it-tabib seta’ jikkoreġi s-sieq affettwata sa 50 grad biss, mela l-brace għandha tiġi ssettjata wkoll għal 50 grad. Ħoll il-vit bir-ras eżagonali fiċ-ċentru tad-driegħ iswed li jdur u dawwar il-biċċa “Y” ħamra ’l barra sakemm il-pointer fuq id-driegħ iswed li jdur ikun allinjat mas-seting tal-grad korrett fuq il-biċċa “Y” ħamra. Erġa’ ssikka l-vit biex tillokkja l-angolu mixtieq ta’ rotazzjoni esterna.

Kif twaħħal il-pjanċa tas-sieq maż-żarbun/AFO:

Waħħal il-pjanċa tas-sieq sewda mal-qiegħ taż-żarbun/AFO Markell billi tallinja ż-żewġ toqob koniċi fil-pjanċa tas-sieq sewda maż-żewġ toqob fuq il-qiegħ taż-żarbun. Bl-użu tal-istandard head screws ipprovduti, l-ewwel issikka vit wieħed sa nofsu, imbagħad issikka l-vit l-ieħor kollu kemm hu. Erġa’ lura u ssikka l-ewwel vit kollu kemm hu.

Kif tuża l-karatteristika ta’ skunnettjar rapidu:

Meta l-pjanċa tas-sieq tkun imwaħħla maż-żarbun, żerżaq il-pjanċa s-sewda tas-sieq għal fuq iż-żewġ klipps ħomor u żerżaq il-pjanċa tas-sieq ’il quddiem biex tqabbad il-plunger bil-molla u tillokkja ż-żarbun f’postu. Biex tħoll iż-żarbun, iġbed il-plunger bil-molla waqt li timbotta l-pjanċa lura lejn l-għarqub tat-tifel jew tat-tifla.

DOBBS 2.0 AJUSATABLE SPIRNG TENSION BAR

Mudell SDCBMD 2.0 Żgħir u Regolari

Indikazzjonijiet għall-Użu:  

Wara li s-sieq tat-tifel jew tat-tifla tiġi kkoreġuta, il-brace tar-rotazzjoni esterna tad-Dobbs Bar tipprevjeni rkaduta billi żżomm is-sieq fil-pożizzjoni korretta.

AVVIŻ: Qatt tapplika din il-brace fuq sieq mhux ikkoreġuta. Il-brace ma tikkoreġix il-clubfoot (sieq mgħawġa ’l ġewwa u ’l isfel), iżda żżomm biss il-korrezzjoni miksuba mit-trattament tal-Metodu Ponseti (metodu li juża sensiela ta’ serje ta’ ġibs biex gradwalment is-sieq mgħawġa tiġi kkoreġuta).

Struzzjonijiet għall-Użu:

Id-Dobbs Bar għandha tintlibes għal 23 siegħa kuljum fl-ewwel 3 xhur, u mbagħad matul il-lejl jew waqt l-irqad għal sentejn sa erba’ snin. Il-bracing huwa importanti ħafna biex tinżamm il-korrezzjoni tal-clubfoot. Jekk il-brace ma tintlibisx kif preskritt, hemm kważi rata ta’ rikorrenza ta’ 100 fil-mija.

Twissijiet u prekawzjonijiet:

Qatt tuża Loctite jew thread lock ibbażat fuq superglue ieħor fuq il-viti fid-Dobbs Bar. Is-superglue/Loctite se jirreaġixxi mal-plastik tal-polikarbonat u jwassal biex il-plastik jiddgħajjef u jinkiser.

L-Issettjar tad-Dobbs Bar

Kif tissettja l-wisa’ tal-virga:

Id-Dobbs Bar għandha tiġi ssettjata b’tali mod li l-wisa’ tal-virga tkun ugwali għall-wisa’ tal-ispalel tat-tifel jew tat-tifla. Kejjel il-wisa’ tal-ispalel tat-tifel jew tat-tifla min-naħa ta’ barra tal-ispalla tax-xellug san-naħa ta’ barra tal-ispalla tal-lemin. Aġġusta t-tul tad-Dobbs Bar sabiex it-tul tal-virga jkun ugwali għall-kejl tal-wisa’ tal-ispalel tiegħek minn nofs l-għaksa tal-pjanċa tas-sieq tax-xellug sa nofs l-għaksa tal-pjanċa tas-sieq tal-lemin. Il-virga aħjar tkun ftit usa’ mill-wisa’ tal-ispalel milli idjaq. Se jkun skomdu għat-tifel jew għat-tifla jekk it-tul tal-virga jkun dejjaq wisq. Bl-użu taċ-ċavetta eżagonali pprovduta fil-pakkett, ħoll il-viti bir-ras eżagonali fuq il-klamp ċentrali u żerżaq il-wisa’ tal-vireg biex tiftaħhom sakemm jaqblu mal-wisa’ tal-ispalel tat-tifel jew tat-tifla. Ġaladarba l-wisa’ jkun kif suppost, erġa’ ssikka l-vit(i) bir-ras eżagonali biex tillokkja l-vireg sew f’posthom.

Kif tissettja r-rotazzjoni esterna:

Is-sieq affettwata jew mgħawġa għandha tiġi ssettjata għal 60 grad ta’ rotazzjoni esterna, waqt li n-naħa mhux affettwata għandha tiġi ssettjata għal 30 grad ta’ rotazzjoni esterna. Għal clubfoot bilaterali, iż-żewġ saqajn għandhom jiġu ssettjati għal 60 grad. L-angolu tar-rotazzjoni esterna għandu jaqbel mal-grad tar-rotazzjoni esterna miksuba bl-aħħar ġibs. Pereżempju, jekk it-tabib seta’ jikkoreġi s-sieq affettwata sa 50 grad biss, mela l-brace għandha tiġi ssettjata wkoll għal 50 grad. Ħoll il-vit bir-ras eżagonali fiċ-ċentru tad-driegħ iswed li jdur u dawwar il-quick clips ’il barra sakemm il-pointer fuq id-driegħ iswed li jdur ikun allinjat mas-seting tal-grad korrett fuq il-qiegħ tal-quick clips. Erġa’ ssikka l-vit eżagonali biex tillokkja l-angolu mixtieq ta’ rotazzjoni esterna.

Kif tissettja t-tensjoni tal-molla attiva: 

Bil-logo tad-Dobbs iħares ’l hinn minnek, sib is-selettur tan-numri fuq wara tal-kaxxa tal-molla. Dan se jkun l-ewwel ħaġa li trid taġġusta. Ħoll il-vit eżagonali li aġġustajt sakemm is-selettur jiġi rilaxxat (tħollux kollu, imma ara li tkun ħallejtu biżżejjed biex is-selettur l-aħdar idur). Dawwar is-selettur l-aħdar sakemm jidher in-numru l-abjad it-tajjeb fil-qasma/tieqa tal-issettjar. Erġa’ ssikka dan il-vit kollu kemm hu biex tissettja s-seting tal-molla ta’ wara. Dawwar il-virga ta’ taħt fuq sabiex il-logo tad-Dobbs ikun qed iħares lejk. Ħoll il-vit eżagonali ta’ quddiem sakemm is-snien tal-plastik jisseparaw. Dawwar il-biċċiet suwed isserrati sakemm it-tikka l-bajda tkun allinjata mal-istess tensjoni tal-molla fuq il-linja tan-numri li ssettjajt fis-seting ta’ wara. Is-seting ta’ wara u s-seting ta’ quddiem irid ikollhom l-istess numru ssettjat. Erġa’ ssikka l-vit eżagonali ta’ quddiem.  Irrepeti dawn il-passi fuq in-naħa opposta tal-virga biex tispiċċa tissettja d-Dobbs Bar il-ġdida.

bottom of page